Dwar Pro-Coast
L-inħawi tal-bajja ta' Boka Kotorska f'Montenegro.
Il-proġett Pro-Coast huwa dwar ir-rikkezzi naturali (bio-diversità) fl-ekosistemi tal-kosti Ewropej. Madwar 40% tal-Ewropej jgħixu f'medda ta' 100 kilometru mal-kosta fejn kontinwament qed ikun hemm telfa ta' servizzi naturali li jipprovdu ikel, ilma, saħħa u rikreazzjoni. Telfa bħal din qed tħalli effett kemm fuq xi għajxien u gruppi ta' nies aktar minn oħrajn. Pro-Coast għandu l-għan li jgħin komunitajiet lokali jmantnu u jirkupraw l-għana u servizzi tan-natura madwar l-Ewropa, billi jħeġġeġ l-uża tal-għerf lokali u attivitajiet li jibbenefikaw l-art, il-baħar u l-ispeċi.
L-20 partiċipant tagħna minn 14-il pajjiż ġejjin minn oqsma differenti - xjentisti soċjali, ekoloġisti u esperti tekniċi; ilkoll għandhom verjetà wiesa ħafna ta' ħiliet. Dawn se jaħdmu flimkien biex joħolqu 9 case studies biex jiskopru kif nies lokali jixtiequ jgħinu jirkupraw ekosistemi varji tal-kosti.
Il-bajja Sligo fir-Repubblika tal-Irlanda.
In-nies huma ħaġa waħda man-natura b'modi differenti u kumplessi. Għaldaqstant, sabiex tassew ngħinu lin-natura tirkupra ruħha, jeħtieġ li nsibu modi faċli li l-bdoti tal-bidla jistgħu jużaw biex jixprunaw bidla li tassew tħalli impatt. Pro-Coast se tgħin komunitajiet lokali biex iwettqu deċiżjonijiet għaqlija li jibbenefikaw lin-natura u l-kontribuzzjonijiet tan-natura fuq in nies. Dan se tagħmlu permezz ta' ċikli parteċipattivi ripetuti ta' niddeċiedu-flimkien, inwettqu u nevalwaw. Se nagħmlu dan kollu billi naħdmu direttament ma' ċittadini - proċess ħaj mill-qiegħ 'l fuq, megħjun minn xjenza validissima. Imbagħad, bil-ħidma kollaborattiva ma' proġetti u organizzazzjonijiet oħrajn li lesti li jgħinu, se nkunu f'qagħda li nwessgħu l-metodu billi nħeġġu gvernijiet jipprovdu għajnuna minn fuq 'l isfel.
Historically
Oriġini mill-IUCN
Il-Kunsill tal-Ewropa jospita il-Konvenzjoni ta' Bern ġewwa Strasbourg.
A long journey starts with little steps. In 1948, pro-nature organisations and their governments created an International Union, which represents Nature Conservation at the United Nations. IUCN now counts 90 governments and 1350 other nature organisations as members. In its first four decades, IUCN helped to initiate many important international agreements for nature, including the Bern Convention to conserve species and habitat in Europe, the Bonn Convention on Migratory Species and the Convention on Biological Diversity (CBD) at Rio de Janeiro.
Fl-1997, l-IUCN ħolqot grupp ta' esperti tal-Użu Sostenibbli. Parti minn dan il-grupp kien il-Grupp Ewropew ta' Speċjalisti fuq l-Użu Sostenibbli (ESUG) li kien ibbażat ġewwa Brussell. Billi l-ESUG ried jgħin bosta attivitajiet biex isiru sostenibbli.
2022: IPBES u Pro-Coast
It-tnedija ta' l-ewwel Network tal-ESUG fl-Unjoni Ewropea.
Fl-2022, erba' avvenimenti taw-spinta lill-isforzi tal-ESUG biex jinġiebu nies flimkien għall-ġid tan-natura. Tlieta kienu mmexxija minn IPBES, il-Kumitat Inter-governattiv għal Biodiversità u Servizzi Ekosistemiċi.
Ir-raba' kisba għall-ESUG fis-sena 2022 kienet dik li issottomettiet proposta lill-Kummissjoni Ewropea biex taħdem ma' 19-il imseiħba oħra dwar kif il-bnedmin jistgħu jibdlu is-sehem tagħhom fin-natura, inizjalment fir-reġjuni kostali. L-istudju tagħna huwa msejjes sew fix-xjenza soċjali bl-intenzjoni li tuża ""metodi PROattivi biex KOmunitajiet jiġu mgħejuna jixprunaw Trasformazzjoni Spċjali"". Dan l-istudju jitratta dwar kif in-nies u organizzazzjonijiet rilevanti jistgħu, bl-aħjar mod possibbli, jaħdmu id f'id għall-benefiċċju tan-natura.